Dedikazzjoni lil San Ġużepp mill-Familja Dinjija ta’ Radju Marija

O Mqaddes Ġużeppi, bħala Familja Dinjija ta’ Radju Marija aħna nduru lejk. Aħna kkonsagrajna l-missjoni tagħna lill-Għarusa Mqaddsa Tiegħek u issa b’kunfidenza nitolbu l-ħarsien patern tiegħek.

Lilek, qaddej għaref u fidil, missier attent u protettur tas-Salvatur tagħna, nafdalek il-ħidmiet tagħna u lejk induru bħala protettur, amministratur u interċessur. Ħares lill-familja tas-semmiegħa ta’ Radju Marija, speċjalment il-morda, dawk li qed ibatu u dawk li waslu fl-aħħar ta’ ħajjthom. Ħares lill-kollaboraturi tagħna u akkumpanjahom fis-servizz fl-għalqa tal-Mulej. Mexxina lkoll fit-triq tal-qdusija u żommna fi spirtu ta’ unità, imħabba, evanġelizzazzjoni u sagrifiċċju. Ħares luffiċċji, l-istudjos, it-tagħmir tax-xandir, il-pjattaformi u żommna qawwija kontra t-tnassis tal-qarrieq.

Għinna nużaw tajjeb u b’fedeltà r-riżorsi u l-opportunitajiet afdati lilna, sabiex ilkoll nagħmlu l-frott għas-Saltna t’Alla.

Għall-interċessjoni qawwija tiegħek, aħna nafdaw il-ħtiġijiet finanzjarji u materjali speċjalment dawk tar-radjijiet il-ġodda f’pajjiżi foqra. Nafdawlek it-tfittxija għal kollaboraturi u voluntiera ġodda, kapaċi u kwalifikati.
Nafdawlek it-tkabbir u l-espansjoni ta’ Radju Marija fl-oqsma kollha tal-evanġelizzazzjoni.

Mur qabilna u mexxina f’pajjiżi u reġjuni ġodda, kull fejn hemm ruħ li trid issalva.

San Ġużepp, hekk kif int mexxejt u ħarist lill-Familja Mqaddsa mill-perikli, hekk mexxi lill-Familja Dinjija ta’ Radju Marija f’dawn iż-żminijiet imwiegħra u indokra lil kull wieħed u waħda minna b’għajnejn ta’ missier.

Ammen

Share This On